Scroll to top
MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR

 

Il-Ministru Miriam Dalli tisħaq bi sħiħ fuq il-ħtieġa li s-suċċess ekonomiku tal-Gżejjer Maltin jintrabat mas-sostenibbiltà ambjentali u kwalità ta’ ħajja aħjar. L-impenji ewlenin ta’ Dalli jinkludu l-pjan fit-tul biex Malta tikseb in-newtralità fil-klima sal-2050, il-pjan nazzjonali ta’ seba’ snin għal aktar spazji miftuħa ġodda f’Malta u Għawdex, u l-kisba tal-Għanijiet tal-Iżvilupp Sostenibbli tan-Nazzjonijiet  Magħquda. Ix-xogħol tagħha huwa wkoll iffukat fuq il-promozzjoni ta’ prattiċi sostenibbli għan-negozji u s-sapport għat-tisħiħ t’intrapriżi ġodda u innovattivi f’Malta.

Bħala Ministru għall-Enerġija, l-Intrapriża u l-Iżvilupp Sostenibbli bejn 2020 u 2022, Il-Ministru Dalli mexxiet l-għajnuna tal-Gvern biex tħares l-ekonomija lokali mill-impatti katastrofiċi li ġabet il-pandemija tal-Covid, b’diversi inizzjattivi fosthom il-Wage Supplement u Sussidju fuq il-Kiri u l-Enerġija, b’appoġġ finanzjarju lill-familji u n-negozji. Ħadmet ukoll biex tiżgura prezzijiet tal-enerġija stabbli permezz ta’ diversi negozjati fuq livell Ewropew.

L-impenn għall-istabbilita’ fil-prezzijiet tal-enerġija sar aktar sinifikanti matul l-2022, fejn wara l-elezzjoni, bħala l-Ministru                  għall-Ambjent, l-Enerġija u l-Intrapriża, Miriam Dalli ħadmet bi sħiħ fid-deċiżjoni tal-Gvern li jtaffi l-effetti tal-kriżi internazzjonali            fl-enerġija kkawżata mil-gwerra fl-Ukranja. Permezz ta’ din il-politika ta’ stabbilita’, il-familji f’Malta kienu fost l-uniċi żewġ pajjiżi             fl-Ewropa li ma rawx żidiet fil-kontijiet tal-enerġija, filwaqt  li l-ekonomija baqgħet tirreġistra tkabbir ekonomiku b’rati ogħla minn pajjiżi oħra fl-istess reġjun.

Il-Ministru Dalli qed tkompli taħdem biex tmexxi ‘l quddiem il-pjan fit-tul għas-sigurtà fil-provvista u s-sostenibilità fis-settur                 tal-enerġija, fost oħrajn b’opportunitajiet ġodda t’investiment fis-sistemi t’enerġija rinovabbli offshore u interkonnessjonijiet                tal-enerġija ġodda li jgħaqqdu lil Malta mal-bqija tal-Ewropa.

Wara li kkontestat u ġiet eletta fl-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew fl-2014 u 2019, f’Ottubru 2020 Miriam Dalli ċediet postha           mil-Parlament Ewropew biex isservi fil-Parlament ta’ Malta, fejn ħadet ukoll il-kariga ta’ Ministru għall-Enerġija, l-Intrapriża u l-Iżvilupp Sostenibbli. Wara li ġiet eletta mill-ġdid fl-elezzjoni ġenerali tal-2022, hija ġiet appuntata Ministru għall-Ambjent, l-Enerġija u l-Intrapriża.

Matul is-snin fil-Parlament Ewropew bejn Mejju 2014 u Ottubru 2020, il-Ministru Dalli serviet bħala membru  fil-Kumitati tal-Ambjent, Saħħa Pubblika u Sigurtà fl-Ikel, fil-Kumitati tal-Libertajiet Ċivili, Ġustizzja u Affarijiet Interni u fid-Delegazzjoni għall-Assemblea Parlamentari tal-UE għal Mediterran. Fl-2019, hija ġiet eletta bħala viċi-Chairperson tal-Grupp Soċjalisti u Demokratiċi fil-Parlament Ewropew.

F’Marzu 2016, Miriam Dalli ntgħażlet bħala ‘MEP of the Year’ fis-settur tal-Enerġija. Fost diversi rikonoxximenti Ewropej fil-qasam          tal-ambjent, f’Diċembru 2018, Dalli ġiet nominata biex tkun parti mill-Politico 28 Class of 2019, lista ta’ ‘doers, disrupters and dreamers’ li se jibdlu l-Ewropa fl-2019. Politico ddeskriviet lil Dalli bħala ‘eco warrior’, b’apprezzament għal ħidmietha lejn l-eletrifikazzjoni u t-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-vetturi fl-Ewropa.

Dr Miriam Dalli, li bi professjoni hija avukat, gradwat fil-Baċellerat tal-Liġi mill-Università ta’ Malta. Iggradwata wkoll fil-Kommunikazzjoni mill-Università ta’ Malta u kompliet l-istudji tagħha b’Masters fl-Istudji Ewropej u Masters fl-Amministrazzjoni  tan-Negozju.

sostenibilita
Privacy Overview

This website uses cookies so that we can provide you with the best user experience possible. Cookie information is stored in your browser and performs functions such as recognising you when you return to our website and helping our team to understand which sections of the website you find most interesting and useful.