IL-MINISTERU GĦALL-AMBJENT,   L-ENERĠIJA U R-RIĠENERAZZJONI TAL-PORT IL-KBIR

Dan il-Ministeru jmexxi l-impenn ta’ Malta għal futur sostenibbli u pajjiż dekarbonizzat, għal kwalità ta’ ħajja aħjar.

Il-Ministeru jiġbor flimkien tliet setturi ewlenin fil-ħajja soċjali u ekonomika tal-pajjiż sabiex jidderieġi u jsaħħaħ dan l-impenn lejn    is-sostenibilità fil-quċċata tal-ħidma tal-Gvern. B’dan l-impenn, il-Ministeru jħeġġeġ lit-tfal, familji, ħaddiema, negozji, entitajiet governattivi, NGOs u organizzazzjonijiet oħra biex iħaddnu prattiċi effiċjenti li jħarsu l-ambjent f’kull qasam tal-ħajja. Dan isir permezz ta’ proġetti u inizjattivi differenti, u bl-implimentazzjoni tal-objettivi strateġiċi nazzjonali u tal-UE.