Il-Ministeru għall-Ambjent, l-Enerġija u l-Indafa Pubblika jmexxi l-impenn ta’ Malta għal futur sostenibbli u pajjiż dekarbonizzat, għal kwalità ta’ ħajja aħjar.

Il-Ministeru jiġbor flimkien tliet setturi ewlenin fil-ħajja soċjali u ekonomika tal-pajjiż sabiex jidderieġi u jsaħħaħ dan l-impenn lejn is-sostenibilità fil-quċċata tal-ħidma  tal-Gvern. B’dan l-impenn, il-Ministeru jħeġġeġ lit-tfal, familji, ħaddiema, negozji, entitajiet governattivi, NGOs u organizzazzjonijiet oħra biex iħaddnu prattiċi effiċjenti li jħarsu l-ambjent f’kull qasam tal-ħajja. Dan isir permezz ta’ proġetti u inizjattivi differenti, u bl-implimentazzjoni tal-objettivi strateġiċi nazzjonali u tal-UE.

Ir-responsabbiltajiet tal-Ministeru jvarjaw mill-protezzjoni tal-ambjent fuq l-art u tal-baħar għall-iżvilupp sostenibbli, l-afforestazzjoni, it-tisbiħ u t-tħaddir ta’ żoni urbani,
id-dekarbonizzazzjoni, parks nazzjonali u ġonna pubbliċi, l-immaniġġjar tal-iskart, inizjattivi tal-ESG, servizzi għall-effiċjenza fl-użu tal-enerġija u tal-ilma, u l-enerġija rinnovabbli.

L-impenn ewlieni tal-Ministeru huwa l-programm ta’ seba’ snin imniedi fl-2023 biex joħloq parks u ġonna fil-lokalitajiet kollha, li flimkien se jiżguraw li l-familji kollha jkunu jistgħu jgawdu spazju miftuħ aħdar, mixja qasira lilhinn minn djarhom, jgħixu fejn jgħixu.
Il-Ministeru qed imexxi wkoll l-implimentazzjoni tal-Pjan fit-Tul għall-Immaniġġjar  tal-Iskart f’Malta 2021-2030, il-Pjan Nazzjonali tal-Enerġija u l-Klima 2030 u l-Viżjoni ta’ Żvilupp Sostenibbli ta’ Malta għall-2050.

sostenibilità
Privacy Overview

This website uses cookies so that we can provide you with the best user experience possible. Cookie information is stored in your browser and performs functions such as recognising you when you return to our website and helping our team to understand which sections of the website you find most interesting and useful.