Scroll to top

Politika Ambjentali

L-Uffiċċju tas-Segretarju Permanenti
Ministeru għall-Ambjent, l-Enerġija u l-Indafa Pubblika (MEEC)

Indirizz: 6, Triq Ħal Qormi, Santa Venera, Malta

 

  1. Dikjarazzjoni tal-Politika

L-uffiċċju tas-Segretarju Permanenti fi ħdan il-Ministeru għall-Ambjent, l-Enerġija u l-Indafa Pubblika (MEEC) hu ddedikat biex iħares l-ambjent, jipprevjeni t-tniġġis, u jtejjeb kontinwament il-prestazzjoni ambjentali fil-funzjonijiet u l-attivitajiet kollha li jitwettqu fl-indirizz imsemmi hawn fuq.  Din il-politika tapplika għad-Direttorati u l-uffiċini kollha taħt ir-responsabbiltà tal-Uffiċċju tas-Segretarju Permanenti, iżda qed teskludi l-Uffiċċju tal-Ministru, l-Uffiċċju tas-Segretarju Parlamentari, id-dipartimenti u l-entitajiet affiljati, kif ukoll l-impjegati taħt it-tmexxija tad-Direttorat għas-Servizzi Korporattivi li jaħdmu f’siti oħra.

 

  1. L-Impenji Tagħna

2.1 Protezzjoni Ambjentali, Prevenzjoni tat-Tniġġis u Azzjoni favur il-Klima

  • Nieħdu miżuri b’mod proattiv sabiex nipprevjenu t-tniġġis u nipproteġu l-ekosistemi naturali.
  • Innaqqsu l-emissjonijiet tal-gassijiet serra mill-attivitajiet tagħna u nippromwovu attivitajiet b’emissjonijiet baxxi ta’ karbonju.
  • Insaħħu r-reżiljenza għar-riskji marbuta mat-tibdil fil-klima u nikkontribwixxu għall-istrateġiji nazzjonali dwar l-adattament u mitigazzjoni tal-klima.
  • Nieħdu kunsiderazzjonijiet ambjentali u tal-klima u nintegrawhom fil-funzjonijiet eżekuttivi u amministrattivi kollha. Dawn jinkludu l-koordinazzjoni, il-monitoraġġ tal-politika, l-involviment tal-partijiet interessati, u t-tifrix ta’ informazzjoni lill-pubbliku.

 

2.2 Konformità mar-Rekwiżiti Legali u Oħrajn

  • Nimxu mal-leġislazzjoni ambjentali, ma’ regolamenti u ma’ obbligi oħra relevanti għall-funzjonijiet tagħna, u fejn il-prattika tagħti lok, nissuperaw ir-rekwiżiti applikabbli.
  • Nissorveljaw u nirrevedu l-konformità b’mod regolari biex niżguraw li nkunu konformi kif ukoll naċċertaw it-titjib kontinwu.
  • Impenn b’mod sħiħ biex nimplimentaw u nżommu Sistema ta’ Ġestjoni Ambjentali skont l-istandards ISO 14001.

 

2.3 L-Użu Effiċjenti tar-Riżorsi

  • Nużaw l-enerġija, l-ilma u l-materjali b’mod responsabbli u effiċjenti.
  • Nippromwovu proċessi diġitali u sistemi biex innaqqsu l-użu tal-karta.
  • Nimmaniġġjaw l-iskart skont il-ġerarkija tal-iskart, billi nagħtu prijorità lit-tnaqqis, l-użu mill-ġdid u r-riċiklaġġ.
  • Inħeġġu kemm l-akkwist sostenibbli kif ukoll nimxu bi prattiċi ta’ provvista b’mod responsabbli.

 

2.4 Titjib Kontinwu

  • Nistabbilixxu, insegwu u nirrivedu miri ambjentali.
  • Nevalwaw il-prestazzjoni b’mod regolari permezz tas-Sistema ta’ Ġestjoni Ambjentali (EMS).
  • Inwasslu għal titjib kontinwu billi nużaw ir-riżultati tal-verifiki, id-data, u kummenti oħra li jilħquna.

 

2.5 Għarfien u Involviment

  • Inħarrġu u nappoġġjaw lill-impjegati kollha sabiex jaġixxu b’mod responsabbli u jifhmu r-rwol ambjentali tagħhom.
  • Inħeġġu l-innovazzjoni u prattiċi tajbin permezz ta’ inizjattivi interni.
  • Ninvolvu ruħna b’mod kostruttiv mal-partijiet interessati, dawk interni u dawk esterni sabiex inżidu l-għarfien u nsaħħu l-kollaborazzjoni għal futur sostenibbli.

 

  1. Implimentazzjoni u Komunikazzjoni

Din il-politika tipprovdi qafas biex twaqqaf u tevalwa miri ambjentali fi ħdan is-Sistema ta’ Ġestjoni Ambjentali (EMS) tal-MEEC. Għaldaqstant, din il-politika hija kkomunikata lill-impjegati kollha, u qiegħda disponibbli għall-pubbliku u għall-partijiet interessati oħra fil-binja uffiċjali.  Il-politika tiġi riveduta mill-inqas darba fis-sena – jew aktar kmieni hekk kif meħtieġ – biex tiġi żgurata li tibqa’ xierqa, adekwata u effettiva.

 

Approvata mis-
Segretarju Permanenti
Ministeru għall-Ambjent, l-Enerġija u l-Indafa Pubblika

Data: 05/11/2025

Verżjoni 1.0 – Novembru 2025

sostenibilita
Privacy Overview

This website uses cookies so that we can provide you with the best user experience possible. Cookie information is stored in your browser and performs functions such as recognising you when you return to our website and helping our team to understand which sections of the website you find most interesting and useful.