Politika Ambjentali
L-Uffiċċju tas-Segretarju Permanenti
Ministeru għall-Ambjent, l-Enerġija u l-Indafa Pubblika (MEEC)
Indirizz: 6, Triq Ħal Qormi, Santa Venera, Malta
L-uffiċċju tas-Segretarju Permanenti fi ħdan il-Ministeru għall-Ambjent, l-Enerġija u l-Indafa Pubblika (MEEC) hu ddedikat biex iħares l-ambjent, jipprevjeni t-tniġġis, u jtejjeb kontinwament il-prestazzjoni ambjentali fil-funzjonijiet u l-attivitajiet kollha li jitwettqu fl-indirizz imsemmi hawn fuq. Din il-politika tapplika għad-Direttorati u l-uffiċini kollha taħt ir-responsabbiltà tal-Uffiċċju tas-Segretarju Permanenti, iżda qed teskludi l-Uffiċċju tal-Ministru, l-Uffiċċju tas-Segretarju Parlamentari, id-dipartimenti u l-entitajiet affiljati, kif ukoll l-impjegati taħt it-tmexxija tad-Direttorat għas-Servizzi Korporattivi li jaħdmu f’siti oħra.
2.1 Protezzjoni Ambjentali, Prevenzjoni tat-Tniġġis u Azzjoni favur il-Klima
2.2 Konformità mar-Rekwiżiti Legali u Oħrajn
2.3 L-Użu Effiċjenti tar-Riżorsi
2.4 Titjib Kontinwu
2.5 Għarfien u Involviment
Din il-politika tipprovdi qafas biex twaqqaf u tevalwa miri ambjentali fi ħdan is-Sistema ta’ Ġestjoni Ambjentali (EMS) tal-MEEC. Għaldaqstant, din il-politika hija kkomunikata lill-impjegati kollha, u qiegħda disponibbli għall-pubbliku u għall-partijiet interessati oħra fil-binja uffiċjali. Il-politika tiġi riveduta mill-inqas darba fis-sena – jew aktar kmieni hekk kif meħtieġ – biex tiġi żgurata li tibqa’ xierqa, adekwata u effettiva.
Approvata mis-
Segretarju Permanenti
Ministeru għall-Ambjent, l-Enerġija u l-Indafa Pubblika
Data: 05/11/2025
Verżjoni 1.0 – Novembru 2025